Immigrazzjoni
Tfittxija għal numru ta’ immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Il-pulizija għaddejja bi tfittxija għal numru ta’ immigranti li ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far li ħarġu mill-post fl-aħħar sigħat wara li sgassaw ħadid.

It-tfittxija bdiet mal-mument li t-tmexxija taċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ntebħet b’dak li ġara u talbet minnufih il-koperazzjoni tal-pulizija u entitajiet oħra.

L-immigranti li ħarbu huma mis-Somalja.