Kronaka
AĠĠORNAT: Jinqabad ir-raġel li ħarab mill-għassa taż-Żejtun

Il-Pulizija qabdet raġel li ħarab minn għassa tal-Pulizija llum waranofsinhar.

TVM infurmat li r-raġel, li huwa Sirjan li jgħix Marsaskala, ħarab mill-għassa taż-Żejtun ftit qabel il-5.00pm.

Huwa nqabad mill-Pulizija madwar siegħa u nofs wara, wara tfittxija intensiva.

Ir-raġel kien qed jinżamm peress li kien qed jiġi investigat b’rabta ma’ allegat każ ta’ vjolenza domestika.