Barranin
Tfittxija għall-attriċi Naya Rivera – binha nstab waħdu fuq dgħajsa

Il-Pulizija ta’ Ventura County, fl-Istati Uniti, għaddejja bi tfittxija għall-attriċi Naya Rivera ta’ 33 sena, li hija magħrufa l-iktar għall-irwol fis-serje televiżiva popolari Glee.

Il-Pulizija ħabbret li għaddejja bit-tfittxija għal Rivera wara sabet lil binha, li għandu erba’ snin, waħdu fuq dgħajsa f’Lake Piru, f’South California.

Intqal li Rivera kriet id-dgħajsa lbieraħ, b’sorsi jirrapportaw li qed ikun maħsub li għerqet.

Rivera kisbet fama internazzjonali meta ħadmet il-parti taċ-cheerleader Santana Lopez fi Glee bejn l-2009 u l-2015.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta’ karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Aktar