Lokali
Tgħaddix minn din it-triq fl-Imrieħel minħabba xogħlijiet t’emerġenza

Minħabba xogħlijiet t’emerġenza fuq cable tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli, parti minn Triq l-Imrieħel li tagħti lejn il-grawnd tal-Infetti se tkun magħluqa għat-traffiku bejn illum u għada sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa.

Fi stqarrija, l-Enemalta qalet li t-triq se tibqa’ magħluqa s’għada, is-Sibt 31 ta’ Lulju sas-6am.

Sakemm isiru x-xogħlijiet, is-sewwieqa mitluba jgħaddu minn triq alternattiva fil-viċin lejn Triq B. Bontadini.