Kurżitajiet
Tgħid dan jista’ jkun il-protokoll biex jerġgħu jiftħu r-ristoranti?

Kafetterija fil-Ġermanja ċċelebrat il-ftuħ mill-ġdid tan-negozju wara l-lockdown billi tat lill-klijenti tagħha noodles li jintużaw waqt l-għawm sabiex iżommu d-distanza soċjali fil-ħanut.

Bħal lum ġimgħa, is-sidien ta’ Cafe Rothe f’Schwerin, belt fl-istat ta’ Mecklenburg-Western Pomerania, minn fejn hi l-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel, tħallew jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom għall-klijenti wara li ġew illaxkati l-miżuri tal-lockdown.

Filwaqt li n-nies ħarġu u ħadu gost bit-temp sabiħ u bil-kumpanija ta’ xulxin, il-kafetterija saħqet fuq il-motto: “Żomm id-distanza soċjali.”

Minflok ma’ għamlu s-sinjali mal-art u skrins tal-perspex biex iżommu lill-klijenti ‘l bogħod minn xulxin, is-sidien qassmu lill-klijenti kpiepel tat-tiben b’żewġ noodles ikkuluriti mwaħħlin magħhom biex il-klijenti jilbsuhom waqt li qegħdin fil-kafetterija.

Waħda mis-sidien, Jaqueline Rothe, tellgħet fuq il-paġna ta’ Facebook tal-kafetterija, ritratti tal-klijenti bilqegħda mal-imwejjed lebsin dawn il-kpiepel. Qalet li kienu ħafna l-klijenti li żaru l-kafetteriji u kienu kuntenti jieħdu kafe, biċċa kejk jew birra fix-xemx.

Aħbarijiet Oħra
Artiġjanat

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u…

Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Aktar