Kurżitajiet
Tgħid għaliex beżgħat minn qattus iswed is-soru?

Fl-Italja, qattus iswed beżża’ soru li kienet qed issuq meta qasmilha t-triq bil-konsegwenza li ħabtet f’karozza pparkajata.

Nies li raw l-inċident iseħħ qalu li raw karozza għaddejja mit-triq għall-ħabta tad-9.30pm meta semgħu ħoss kbir li kien jidher li ġej minn xi inċident tat-traffiku.  Wieħed mir-residenti niżel jagħti l-ewwel għajnuna lix-xufier u sab soru liebsa l-abjad b’velu griż.  Is-soru ma sofriet ebda ġrieħi, iżda kellha qatgħa kbira fuqha.

Mhux magħruf jekk is-soru ħabtitx biex tevita li toqtol lill-qattus jew inkella minħabba superstizzjoni.  Li huwa żgur li l-manuvra li għamlet tant kienet periloluża li żgur kellha xi anġlu kustodju biex il-ħabta ma ġietx agħar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

30 mill-166 passiġġier abbord ajruplan tal-Jet Airways spiċċaw kellhom bżonn jieħdu l-kura wara li l-bdoti tat-titjira nsew jagħfsu buttuna li tirregola l-pressjoni tal-arja. It-titjira kienet fi triqtha lejn Jaipur minn…

Barranin

Mara fl-Italja li kienet qed tinżamm arrestata qatlet liż-żewġ uliedha trabi billi waddbithom għal isfel mit-taraġ intern tal-ħabs. Il-mara, li hija Ġermaniża, inqabdet fit-28 t’Awwissu b’ammont imdaqqas ta’ kannabis. Hija…

Barranin

Is-sħana li qed taħkem il-Greċja ġabet magħha fenomenu f’Aitoliko. Il-pajsaġġ tal-pajjiż Grieg inkesa b’għanqbut li jkopri mal-300 metru. Dan il-fenomenu huwa kkawżat mill-brimb Tetragnatha li joħloq ħafna għanqbut meta jasal iż-żmien…

Aktar