X

Tgħid għaliex beżgħat minn qattus iswed is-soru?

Fl-Italja, qattus iswed beżża’ soru li kienet qed issuq meta qasmilha t-triq bil-konsegwenza li ħabtet f’karozza pparkajata.

Nies li raw l-inċident iseħħ qalu li raw karozza għaddejja mit-triq għall-ħabta tad-9.30pm meta semgħu ħoss kbir li kien jidher li ġej minn xi inċident tat-traffiku.  Wieħed mir-residenti niżel jagħti l-ewwel għajnuna lix-xufier u sab soru liebsa l-abjad b’velu griż.  Is-soru ma sofriet ebda ġrieħi, iżda kellha qatgħa kbira fuqha.

Mhux magħruf jekk is-soru ħabtitx biex tevita li toqtol lill-qattus jew inkella minħabba superstizzjoni.  Li huwa żgur li l-manuvra li għamlet tant kienet periloluża li żgur kellha xi anġlu kustodju biex il-ħabta ma ġietx agħar.

Norma Saliba :