Barranin
Tgħid ipproponielha f’Jum San Valentinu?

Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu.  Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor f’forma ta’ qalb.

Il-pop star Amerikana ta’ 34 sena kitbet “Full bloom” filwaqt li l-attur Amerikan ta’ 42 sena tella’ l-istess ritratt u kiteb “Lifetimes”.  Wara li kienu għamlu xi żmien separati, jidher li jinsabu pass bogħod milli jiżżewġu.

Skont ir-rivisti Amerikani, iċ-ċurkett ta’ Perry jiswa $5 miljun u jikkonsisti fi djamant ovali ta’ 4 karati ta’ lewn roża, imdawwar bi 8 djamanti oħra iżgħar ta’ lewn abjad biex jixbaħ lil fjura fi blanzun.

Il-koppja bdew joħorġu flimkien 3 snin ilu.  Dehru flimkien għall-ewwel darba għaċ-ċerimonja tal-Golden Globes.  Xahrejn wara ddikkjaraw uffiċjalment li qegħdin f’relazzjoni.  Infirdu f’Marzu tal-2017 u reġgħu rranġaw fis-Sajf tal-istess sena.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar