Kurżitajiet
Tgħid jixraqlek jew ma jixraqlekx?

Ħafna jkunu anzjużi meta jmorru biex jiżbgħu xagħarhom għax ikunu mbeżżgħin minn kif se jiġi.

Oħrajn ikollhom dilemma x’kulur se jagħmluh jekk jiċċarawx jew jiskurawx il-kulur. Madankollu din it-tensjoni se tisfuma fix-xejn b’aġġeġġ ġdid. Aġġeġġ ġdid se jibda jurik minn qabel kif se jiġi xagħrek u jagħtik parir x’kulur għandek tagħmel.

L-apparat se janaliżża wkoll it-tip ta’ xagħrha tiegħek u jipproponilek x-shampoos li għandek tuża.

Dan mistenni jidħol l-ewwel fl-Istati Uniti u aktar tard din is-sena mistenni jidħol fl-Ewropa wkoll. Din il-ġimgħa dan l-aġġeġġ qed jiġi mistħarreġ f’Las Vegas.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin, Kurżitajiet

Timmaġinak tgħix fl-iksaħ post fid-dinja?  Din ix-xitwa r-raħal Russu ta’ Oymyakon se jirreġistra temperatura rekord. Dan hekk kif it-termometru qed ikejjel l-iktar temperaturi kesħin li qatt ġew irreġistrati f’dan ir-raħal…

Kurżitajiet

Hemm min jgħid li l-midja soċjali tiffaċilitalu ħajtu u hemm min jgħid li sar skjav tagħha. L-aktar li tolqot huwa bla dubju liż-żgħażagħ li saħansitra jsibu ruħhom jiċċekkjaw il-midja soċjali…

Aktar