Barranin, Kurżitajiet
Tgħid l-użu tat-telefowns ċellulari qed ibiddel it-tumuri fil-moħħ?

L-inċidenza ta’ tumuri aggressivi fl-Ingilterra jirriżulta li qed tirdoppja tant li qed jitqanqal tħassib wara studju ġdid li ħareġ dan l-aħħar.  Ir-rata ta’ glioblastoma żdiedet minn 2.4 għal 5 għal kull 100,000 ruħ fl-Ingilterra bejn l-1995 u l-2015.

L-istudju ppubblikat mir-rivista dwar l-Ambjent u s-Saħħa Pubblika jgħid li minn analiżi ta’ data kienu riflessi ċerti xejriet ta’ każi ta’ kanċer fil-moħħ, li r-riċerkaturi qed jattribwuhom għall-istil ta’ ħajja li qed ngħixu u jistgħu jkunu l-fatturi għal din iż-żieda fl-inċidenza ta’ dan it-tip ta’ mard.

Fost il-fatturi li jelenkaw ir-riċerkaturi hemm l-użu tat-telefowns ċellulari u bidliet fil-moħħ tal-bniedem.  L-istudju sar fuq il-mod kif qed jinbidlu t-tumuri u r-riċerkaturi qed jissuspettaw li l-kawża ta’ dan it-tibdil ġejja mill-użu tat-telefowns ċellulari.

Skont ir-riċerkaturi, it-tumuri jinsabu fuq quddiem tal-moħħ u fil-parti bejn il-moħħ u l-widnejn.  Din hija r-raġuni għala qed ikun suspettat li t-tumuri fil-moħħ qed ikunu kkawżati mit-telefowns ċellulari.

Madankollu, ir-riċerkaturi qed iwissu li m’hemmx lok għall-allarm, għax it-tumuri fil-moħħ huma rari ħafna u r-riskju huwa żgħir ħafna.  Il-parir tagħhom huwa biex ma jsirux telefonati twal ħafna bit-telefown ċellulari jew inkella jsiru hands-free.

Din mhix l-ewwel darba li riċerka wriet rabta bejn ir-radjazzjoni tat-telefowns ċellulari u r-riskji tal-kanċer, tant li bosta mistoqsijiet li jsiru għadhom bla tweġiba f’dan ir-rigward.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ bdoti, li kienu jaħdmu mal-kumpanija Messikana tal-ajruplan li ġġarraf f’Kuba nhar il-Ġimgħa, qalu li l-kumpanija kienet irċeviet ilmenti dwar is-sigurtà tal-ajruplani tagħha. L-Awtoritajiet Messikani qalu li se janalizzaw is-sigurtà…

Barranin

Fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Festival tal-Films ta’ Cannes, Asia Argento qalet li fost l-udjenza kien hemm min għatta l-abbużi sesswali li wettaq Hervey Weinstein u li hemm min għadu qed jagħmel l-istess…

Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Aktar