Tgħid li bagħtet lit-tarbija ta’ ħabibtha għad-DNA għax kienet abbużata sesswalment

Mara li bagħtet tarbija ta’ ħabiba tagħha għal eżami tad-DNA minflok tagħha biex ikun magħruf il-missier tat-tarbija, qalet li għamlet hekk għax kienet abbużata minn membru tal-familja tas-sieħeb tagħha.

L-eks sieħeb tagħha kien insista li t-tarbija tal-mara ma kellux ikun reġistrat b’missier mhux magħruf għax hu kien missier it-tarbija u kien qed ifittex id-drittijiet tiegħu.

Meta l-Qorti ordnat l-eżami tad-DNA, il-mara kienet bagħtet it-tarbija ta’ ħabibtha minflok it-tarbija tagħha.

Għalkemm ir-riżultat wera li r-raġel ma kienx missier it-tarbija, huwa baqa’ jżomm l-argument tiegħu u nsista li l-omm innifisha għandha tagħmel l-eżami tad-DNA biex ikun magħruf jekk dan jaqbilx mar-riżultat tad-DNA tat-tarbija.

Il-mara kienet ikkonvinċiet lil ħabibitha li tiġi omm it-tarbija eżaminata, biex tmur hi tagħmel l-eżami iżda l-uffiċjali nnutaw li kien hemm xi ħaġa mhix flokha meta raw li l-firma hija differenti mill-firma tal-mara li suppost marret tagħmel l-eżami.

Fil-Qorti l-mara kienet akkużata li għamlet dikjarazzjoni falza.

L-ispettur Kylie Borg qalet li waqt l-interrogazzjoni l-mara ammettiet li kienet bagħtet it-tarbija ta’ ħabibitha għal eżami tad-DNA.

Żiedet li sadatattant saru l-eżamijiet kif suppost u kkonfermaw lir-raġel bħala l-missier tat-tarbija.

Qalet ukoll li filwaqt li l-mara allegat li kienet abbużata sesswalment minn qarib tal-eks sieħeb tagħha, ma sarus rapporti lill-pulizija.

Ara wkoll l-istorja żvelata minn tvm.com.mt xahrejn ilu: http://www.tvm.com.mt/news/esklussiva-loghob-bit-tfal-fit-testijiet-tad-dna/

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar