Politika
Tgħid li fl-elezzjoni li jmiss se terġa’ tikkontesta u żżid il-maġġoranza f’Għawdex

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex.

Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien li ddeskrivietu bħala diffiċli.

Hija qalet li tinsab kburija bix-xogħol li wettqet u li kisbet ir-riżultati għal Għawdex li ddeskriviet bla preċedent li se jibqgħu jitgawdew.

Dr Caruana qalet li se tkompli bil-ħidma tagħha fil-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar