Sajd
Tgħid li l-ħlasijiet kienu jsiru lilha bħala direttur skont il-liġi

Dr Andreina Fenech Farrugia li ġiet sospiża mid-Direttur Ġenerali tas-Sajd u l-Akwakultura fuq allegazzjonijiet li talbet ħlas mill-kumpanija Spanjola biex tiżdied il-kwota tat-tonn, kompliet tiċħad bil-qawwa l-allegazzjoni kontriha u sostniet li dejjem imxiet b’mod professjonali, etiku u ġust fit-twettieq tad-doveri tagħha.

Hija xehtet dubju fuq t-traskrizzjoni tat-telefonati u allegat li dawn ġew misinterpretati u meħuda barra l-kuntest tagħhom. Dr Fenech Farrugia qalet li fuq ix-xogħol tagħha kienet titkellem mal-operaturi kollha fis-settur tal-akwakultura u kienet aċċessibbli għal kulħadd.

Hija kompliet tiċħad u talbet jew irċeviet xi flus għaliha personali u qalet li huwa ovvju li jekk intalbet żieda leġittima fil-kwota tat-tonn kellhom jintalab il-ħlas għad-dipartiment. Qalet li dawn il-ħlasijiet skont il-liġi kienu jsiru lilha bħala direttur. Dr Fenech Farrugia qalet li ż-żieda fil-kwota tat-tonn saret skont il-liġi bl-awtorizazzjoni tal-organi kompetenti u wara ħlasijiet ta’ mijiet ta’ eluf ta ewro bħala direttur li ġew stabbiliti skont il-liġi u b’deċiżjonijiet ministerjali.

Semmet ukoll li fil-kariga tagħha kien hemm okkażjoni li fihom ħadet passi kontra l-operatur li qed jiġi allegat li kienet f’kollużjoni miegħu. Hija qalet li ser tkompli tikkopera mal-awtoritajiet sabiex toħroġ il-verità u biex jiġu ċċarati l-impressjonijiet żbaljati, il-misinterpretazzjoni u l-allegazzjonijiet li saru kontrih fl-aħħar ġranet. Qalet ukoll li hija nħatret bħala Direttur Ġenerali tas-sajd fl-2013 wara sejħa pubblika fuq il-mertu tal-esperjenza u kwalifiki tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar