Barranin
Tgħid li r-Re Albert II missierha – se jeħel multi kbar jekk jirrifjuta testijiet tad-DNA

Il-qorti Belġjana wissiet lill-eks Re tal-Belġju, Albert II li se jeħel €5,000 kuljum jekk jirrifjuta li jagħmel test tal-paternità.

L-artista Delphine Boel tisħaq li l-eks Re tal-Belġju huwa missierha u ssostni li kellu lilha meta kien f’relazzjoni mal-Baronessa Sybille de Selys Longchamps – ommha.

L-iskandlu kien faqqa’ fl-1999 meta ħareġ ktieb mhux awtorizzat dwar martu.

Il-Baronessa Sybille de Selys Longchamps, tgħid li kellhom relazzjoni barra miż-żwieġ bejn l-1966 u l-1984 meta kien għadu l-Prinċep Albert ta’ Liège. Iżda, huwa spiċċa Re tal-pajjiż malli ħuh miet fl-1993 fl-età ta’ 62.

Ir-Re Albert II abdika mit-tron f’Lulju tal-2013 minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Floku laħaq ibnu, Philippe.

Ir-Re Albert II ta’ 84 sena jirċievi paga annwali ta’ €1m.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Arabja Sawdija wkoll qed takkuża lill-Iran għall-attakki li saru fuq it-tankers taż-żejt f’rotta li tagħti għall-Golf ta’ Oman. Il-Prinċep Sawdi, Mohammed bin Salman qal li pajjiżu mhux se joqgħod jaħsibha…

Barranin

F’għeluq ix-xahrejn min-nirien fil-katidral ikoniku tan-Notre Dame f’Pariġi, illejla ġiet iċċelebrata quddiesa għal udjenza limitata li għaliha ttieħdu wkoll għadd ta’ prekawzjonijiet ta’ sigurtà. Fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi ċċelebrata…

Barranin

Tħabbret il-mewt tad-Direttur tal-films Taljan, Franco Zeffirelli. Zeffirelli miet fl-età ta’ 96 sena fir-residenza tiegħu f’Ruma, wara li ħakmitu marda. Huwa kien magħruf għal bosta produzzjonijiet fosthom l-aktar wieħed ċelebri,  dak…

Barranin

Adélio Bispo de Oliveira, li ġie mixli li nifed lill-President Brażiljan, inħeles mill-arrest wara li l-Qorti sabet li ma kienx konxju ta’ għemilu. Il-Qorti qalet li l-liġi Brażiljana ma tistax…

Aktar