Barranin
Tgħid sabu tarf ta’ x’ġara lil Madeleine McCann 12-il sena ilu?

12-il sena mill-għibien tat-tifla Ingliża Madeleine McCann fil-Portugall, il-Pulizija Portugiża qalet li għandha suspett f’xi persuna ġdida dwar il-każ tagħha.  Il-ġurnali Portugiżi qed jispekulaw dwar dettalji ġodda li jidher li nkisbu mill-investigaturi iżda li qed jinżammu mistura.

Għalkemm hawn min hu xettiku dwar kemm għadha ħajja t-tifla, huma konxji li Madeleine kieku llum hija tfajla ta’ 16-il sena u tidher kompletament differenti minn mindu kellha 3 snin meta seħħ il-każ.

Jidher li t-teżi ġdida li għandhom il-Pulizija Portugiża wasslet biex talbu għall-fondi mingħand l-awtoritajiet sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar biex ikomplu jinvestigaw dwar il-każ.

Anke Scotland Yard għamlet it-talba tagħha lill-Ministeru tal-Intern biex tikseb iktar flus sabiex ikomplu jsiru l-investigazzjonijiet, minkejja li diġà kienu ntefqu mal-£11-il miljun.

Madeleine McCann baqgħet qatt ma nstabet, wara li allegatament kienet inħatfet minn xi ħadd eżatt bħal-lum 12-il sena meta kienet waqt btala mal-ġenituri tagħha fi Praia de Luz fil-Portugall.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Barranin

Żewġt irġiel akkużati li ppużaw tal-attur Amerikan Geroge Clooney biex jippromwovu negozju tal-moda ġew arrestati fit-Tajlandja wara snin maħruba. Iż-żewġt irġiel, Francesco Galdelli ta’ 58 sena u Vanja Goffi, ta’…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku kkonċelebra quddies fil-belt ta’ Camerinom fiċ-ċentru tal-Italja li ntlaqat b’terremot fl-2016. Il-Papa tkellem mar-residenti li għadhom sal-lum ibatu l-konsegwenzi tat-terremot. Huwa qalilhom li jinsab viċin tagħhom u dejjem…

Aktar