Lokali
Tgħid tħajru jieħdu nagħsa għall-frisk?

Tibqa’ l-pjaga tar-rimi illegali ta’ skart fil-kampanja. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus tella’ ritratt ta’ biċċiet ta’ għamara, saqqu u sufanijiet li ntremew b’mod illegali f’Wied il-Bużbież fil-limiti tar-Rabat.

Filwaqt li wissa li fl-aħħar min qed jikser il-liġi se jinqabad huwa qal li se l-post se jitnaddaf illum stess. Huwa talab lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ sabiex iċempel il-kunsill tar-Rabat fuq 21455000, 21451510, 21455687 jew 21451945.

Jidher iżda li l-kampanja mhix l-uniku post fejn iħobbu jeħilsu mill-iskart ċerti nies. Anki fil-qalba ta’ żona residenzjali, persuni rresponsabbli jagħżlu li jarmu skart goff illegalment għad-dannu tal-estetika u tas-sigurtà tal-lokalità u r-residenti tagħha. Dawn ir-ritratti nġibdu fl-aħħar sigħat f’Buġibba fosthom fi Triq il-Ġifen.

Ara wkoll:

Jiżdiedu l-multi għal min jinqabad jarmi skart f’postijiet pubbliċi