Mużika
Tgħid veru Emma u Biondo ma għadhomx flimkien?

Ir-relazzjoni ta’ Emma Muscat u Biondo ġiet fi tmiemha. Dan ġie kkonfermat waqt recording ta’ wieħed mill-episodji ta’ Amici li fih kien hemm mistieden Biondo. 

Emma Muscat li kisbet popolarità kbira waqt il-programm Amici tas-sena l-oħra bdiet toħroġ ma’ Biondo, li wkoll kien parteċipant fil-programm.

Biondo kien qed jagħti intervista dwar album li għadu kemm ħareġ. Il-preżentatriċi, Maria De Filippi rat li s-sitwazzjoni li kien fiha Biondo kienet xi ftit skomda u dawret id-diskors.

Is-segwaċi tagħhom bħal qishom bdew ixommu xi ħaġa. F’intervista li kienet tat Emma stqarret li ma tixtieqx titlaq minn Malta u tmur l-Italja.

Suspett ieħor kien li t-tnejn li huma ilhom ma jxerrdu xi ritratt flimkien fuq il-mezzi soċjali, b’Emma tellgħet l-aħħar ritratt ma’ Biondo kien fit-13 ta’ Frar.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf…

Kronaka

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta…

Ambjent

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija. F’Malta wkoll, attivitsti…

Droga

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU. Parti…

Aktar