Barranin
Tgħum mill-Ingilterra għal Franza għal erba’ darbiet mingħajr waqfien

Sarah Thomas hija l-ewwel għawwiema li rnexxielha tgħum il-Kanal Ingliż, mill-Ingilterra għal Franza, erba’ darbiet mingħajr waqfien f’maratona ta’ 54 siegħa.

L-Amerikana ta’ 37 sena minn Colorado kisret kwalunkwe rekord. Hi dedikat din l-għawma lil persuni li fiequ mill-kanċer. Hi stess għadha kemm irċeviet kura għall-kanċer tas-sider.

Sarah temmet l-għawma f’bajja qrib Dover fil-kosta tan-nofsinhar tar-Renju Unit u stqarret li din kienet sfida diffiċli.

Fuq il-karta Sarah kellha tgħum distanza ta’ 80 mil iżda minħabba l-kurrenti qawwija għamet distanza ta’ 130.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Barranin

Il-Gvernatur ta’ Minnesota, Tim Walz qal li l-protesti li bdew f’Minneapolis wara l-mewt ta’ George Floyd u li nfirxu f’għadd ta’ stati oħra tilfu l-veru sens tagħhom. L-irvellijiet feġġu u…

Barranin

Fl-Indja, grupp ta’ xadini rnexxielhom jaħtfu kampjuni tad-demm ta’ pazjenti infettati bil-Coronavirus minn sptar fid-distrett ta’ Meerut f’Úttar Pradesh. Il-Ħamis li għadda, grupp ta’ xadini għamlu għal ħaddiem f’laboratorju li…

Aktar