Barranin
Tħabbar ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja.

Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata f’Benghazi issa mistennija jkollhom taħditiet għal ftehim ta’ paċi aħħari.

Il-Prim Ministru tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali fi Tripli, Fayez al-Sarraj u l-ġeneral Khalifa Haftar tal-Armata Nazzjonali Libjana mistennija jiddiskutu wkoll ftehim tan-Nazzjonijiet Magħquda li jifrex it-triq ‘il quddiem għall-istabilità f’dan il-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar