Lokali
Tħabbar li l-airshow mhux se ssir din is-sena

Il-Malta Aviation Society (MAS) qalet li din is-sena mhux se tkun qed torganizza l-Malta International Airshow, minħabba li qalet ma sabitx koperazzjoni mill-Ministeru tat-Turiżmu.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali s-soċjetà tal-avjazzjoni qalet li kienet talbet lill-ministeru konċernat gwida u impenn finanzjarju biex tkun appoġġjata l-air show wara d-deċiżjoni li din tibda ssir fejn il-baħar u mhux fl-ajruport.

L-MAS qalet li d-deċiżjoni biex l-airshow ma ssirx iktar fl-ajruport kienet ittieħdet mill-awtoritajiet, u għalkemm is-soċjetà tal-avjazzjoni qablet, dan il-qbil kien suġġett għal kumpens finanzjarju għat-telf mill-biljetti ta’ mal-bieb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem l-inawgurazzjoni għall-faċilità l-ġdida ġewwa l-kumpanija De La Rue, il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie mistoqsi għall-diversi drabi mill-ġurnalisti dwar il-ġrajjiet kurrenti fil-pajjiż. Dwar il-kwistjoni ta’ Jason Micallef u l-kummenti…

Lokali

Imsieħba soċjali u kelliema li mdaħħlin fis-suq tax-xogħol ħadu sehem fil-Konferenza Nazzjonali organizzata mill-Partit Laburista bit-tema Malta ta’ Għada: Min se Jaħdem? Huma tkellmu fuq is-sitwazzjoni preżenti fejn insibu ħafna…

Lokali

Fi stqarrija, il-PL qal li fl-aħħar sigħat il-PN attakkat l-organizazzjoni ta’ Valletta 2018 u li hija ħasra li l-artisti jispiċċaw ballun politiku. L-isqarrija kompliet li, quddiem l-attakki tal-MEPs tal-PN, l-organizazzjoni…

Lokali

Sabin Daniel Talpas baqa’ miżmum arrestat wara li lbieraħ inqabad minn pulizija pajżan jisraq minn handbag ta’ mara li kienet qed tistenna tal-linja. Il-każ seħħ fil-venda tal-Belt meta pulizija pajżan…

Aktar