Lokali
Tħabbret il-mewt ta’ Joe Sant li fetaħ il-ħwienet tal-Lira f’Malta

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Joe Sant, li fl-1997 waqqaf il-ħwienet tal-Lira f’Malta. L-ewwel ħanut tal-Lira li fetaħ kien fil-Ħamrun.

Is-Sur Sant kien tilef lil missieru meta hu kien għadu żgħir u flimkien ma’ ħuh Bertu fl-1975, beda n-negozju bil-bejgħ ta’ drappijiet fuq il-monti ta’ Birkirkara. Għaxar snin wara huma fetħu l-JB Stores – J għal Joe u B għal Bertu.

Fl-1997, fetaħ l-ewwel ħanut tal-Lira fil-Ħamrun u ftit wara wessa l-kunċett għas-swali taċ-ċinemas u fetaħ il-kumpless Gallaria fil-Fgura. Flimkien ma’ ħuh fetħu wkoll il-lukandi Santana u Sunflower f’San Pawl il-Baħar.

Fost l-aħħar proġetti tiegħu kien hemm il-lukanda Mayflower fil-Qawra li għad trid tiftaħ u l-Fort Business Centre fl-Imrieħel.

Joe Sant kien ilu għal dawn l-aħħar sentejn jiġġieled il-kanċer. Ħafna kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu u ddeskrivewh bħala persuni li kien jgħożż il-valuri tal-familja u l-karità u faħħruh għall-ħidma tiegħu b’risq l-ekonomija f’Malta.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar