Barranin
Tħajjar jipprova jqabbad katidral fi New York f’ħuġġieġa

Raġel ta’ 37 sena twaqqaf milli jqabbad il-katedral ta’ San Patrizju fi New York.

Jidher li r-raġel, li għandu problemi psikoloġiċi, intlemaħ jersaq lejn il-katedral b’żewġ laned tal-petrol f’idejh.

B’xorti tajba, Marc Lamparello twaqqaf fil-ħin mill-uffiċjali tas-sigurtà u l-pjan tiegħu li jara l-katedral jaqbad bħal dak Notre Dame, sfaxxa fix-xejn.

Fuq Lamparello nstabu wkoll sulfarini u xi tagħmir ieħor li kien beħsiebu juża biex iqabbad il-Katidral f’ħuġġieġa.

Meta ġie interrogat mill-pulizija, Lamparello qal li kien qed iġorr laned tal-petrol għaliex waqfitlu l-karozza u mar iġibilha l-fuel. Iżda r-raġel inqabad f’gidba hekk kif mill-investigazzjonijiet tal-pulizija, il-karozza tiegħu ma nstabitx xotta mill-fuel.