Kurżitajiet
Tħallilhomx iz-zokkor!

Kuntrarju ta’ dak li ntqal fuq il-midja soċjali u anke fuq xi mezzi tax-xandir, in-naħal m’għandux jitħallielu z-zokkor biex jitrejjaq.

Dan qalu kelliem tal-Malta Beekeepers Association, Jorge Spiteri li spjega kif dan qed ikun ta’ detriment għan-naħal u l-għasel li jipproduċu.

Anke jekk bħal dan iż-żmien tas-sena, in-naħal ftit li xejn isib ikel naturali, il-bniedem m’għandux iħallilu zokkor jew ħlewwiet oħrajn. Dan l-għaliex iz-zokkor li l-individwu jkun qed joffrilu jispiċċa fl-għasel li konsegwentament, ma jibqax prodott naturali u pur.

Jorge Spiteri qal li n-naħal imdorrijin jgħixu fin-nixfa tas-sajf iżda jekk wieħed jibqa’ jħoss il-ħtieġa li jgħin, wieħed jista’ jħawwel xi fjuri adattati għan-naħal.

Tista’ tara l-lista ta’ fjuri li tista’ tiżra’ hawn

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Is-sejba mill-Pulizija ta’ disa’ kilogrammi droga kannabis f’karozza fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla wasslu biex Indjan tressaq il-qorti mixli li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma…

Konsumatur

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qalet li ġiet programmata b’suċċess teknoloġija li tidentifika ħela ta’ ilma inkluż serq. Il-Korporazzjoni qalet li issa tista’ tittraċċa min jisraq l-ilma b’mod sistematiku. S’issa, il-prevenzjoni tas-serq…

Aktar