Edukazzjoni
Tħassib dwar id-deċiżjoni li jiddaħħlu ‘supply teachers’ barranin

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Dr Frank Fabri, qal li biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed għalliema, speċjalment fis-suġġetti tal-Matematika, l-Ingliż u t-Teknoloġija tal-Informatika, il-Gvern ser joħroġ sejħa għas-supply teachers barranin, li jrid ikollhom l-istess rekwiżiti bħal-bqija tas-supply teachers.

Id-Dekan tal-Fakultà tal-Edukazzjoni wera ruħu xettiku dwar l-użu tas-supply teachers, waqt li l-MUT qalet li l-Gvern qed ifittex l-eħfef triq biex jindirizza l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema.

Ġimagħtejn qabel l-iskejjel jiftħu l-bibien tagħhom għas-sena skolastika ġdida, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qiegħed iħabrek biex l-iskejjel kollha jkollhom l-għalliema li jkollhom bżonn anke jekk jinġiebu għalliema kwalifikati barranin. Is-Segretarju Permanenti fil-Minsiteru tal-Edukazzjoni, Dr Frank Fabri, qal lil TVM li l-għalliema kollha Maltin kwalifikati li jistgħu jiġu ingaġġati għandhom xogħol assigurat.

Madankollu Dr Fabri stqarr li xorta ser ikunu meħtieġa numru ta’ supply teachers barranin f’ċerti suġġetti.

“Dawn l-għalliema huma maħsubin għal fejn għad hemm xi pockets, semmejna l-migrants hub tal-Primarja, il-migrants hub tas-Sekondarja, imbagħad hemm xi suġġetti wkoll li ngħinu lill-għalliema li qegħdin preżentament, smajna ħafna fuq l-issue li għandna ħafna għalliema tal-matematika, li għandhom, 25 lezzjoni, allura jekk ikollna iktar għalliema tal-matematika, jgħin lill-għalliema.

Dr Fabri qal li l-kriterji għall-ingaġġ ta’ dawn l-għalliema ser ikunu bħal tal-bqija tas-supply teachers Maltin u spjega li s-sejħa għal-għalliema Maltin ser tibqa’ miftuħa.

F’kummenti ma’ Television Malta, id-Dekan tal-Fakulta tal-Edukazzjoni fl-Università Dr Colin Calleja qal li l-użu tas-supply teachers għandu jittieħed b’kawtela, waqt li saħaq li l-kors tal-għalliem illum huwa fil-livell ta’ masters. “Jekk hemm bżonn ta’ għalliema barranin, għal ċerti suġġetti ma nistgħux immorru inqas. Żgur ma nistgħux immorru bil-mentalità li nġibu lil xi ħadd li jaf is-suġġett u ndaħħluh fil-klassi.”

Dr Fabri qal li l-Gvern ser idaħħal supply teachers barranin b’kuntratt, u bil-kundizzjoni li jiksbu l-kwalifika tal-Malti fil-livell Ordinarju. “F’perjodu definit ta’ żmien u jekk into ma ġġibx din ir rekwiżita il-kuntratt tiegħek jingħalaq u ma jerġax jiġġedded.”

Il-President tal-union tal-Edukaturi, Marco Bonnici, qal li l-MUT mhix ser taċċetta li l-proposti tagħha biex jiżdiedu l-għalliema jibqgħu fuq l-ixkaffa u minflok jinstabu soluzzjonijiet aktar faċli bl-ingaġġ ta’ għalliema barranin.

Dr Fabri qal li l-Gvern żied il-pagi tal-għalliema u introduċa numru ta’ allowances ġodda u qed iwettqu uħud mill-proposti li saru mill-MUT.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tfajla ta’ 17-il sena qed tallega li ma sabet l-ebda għajnuna mill-Pulizija wara li nsterqilha l-mobile minn stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan. Hija qalet li marret tirrapporta s-serqa fl-għassa ta’ San…

Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Lokali

L-Uffiċjali tad-Dwana sabu €22,130 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja. Wara li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu…

COVID-19

Għall-ħames ġurnata konsekuttiva l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u ma kien hemm l-ebda persuna li fieqet biex b’hekk fadal ħames każi attivi f’Malta. L-awtoritajiet…

Aktar