Barranin
The Satanic Temple jfittxu lill-produzzjoni ta’ Sabrina fuq statwa kkuppjata

Is-serje l-ġdida fuq Netflix ‘The Chilling Adventures of Sabrina’ qajjem furur ma’ grupp attivist imsejjaħ ‘The Satanic Temple’.

Dan wara li fis-serje, tintwera l-istatwa tad-deità Baphomet, kopja eżatta tal-istatwa li tirrappreżenta lill-grupp u għalhekk, l-għaqda ħasset li kellha tfittex lill-produzzjoni ta’ Sabrina għal $50 miljun.

Qed jiġi allegat li Netflix u Warner Bros ikkuppjaw mingħajr permess l-istatwa tal-grupp li tidher f’4 mill-episodji tas-serje.

Kemm Netflix u kemm il-Warner Bros irrifjutaw li jikkummentaw dwar il-każ.

Lucien Greaves li jmexxi l-grupp fuq twitter ippubblika ritratt tal-istatwa oriġinali tal-għaqda u dik li qed tintwera fis-serje Sabrina.

Greaves jisħaq li fis-serje, l-istatwa qed tiġi assoċjata ma’ karattri vjolenti u kannibali u dan qiegħed jitfa’ dell ikraħ fuq il-kredu tal-grupp u l-membri tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Madwar 200,000 naħla li kienu jgħixu fuq il-bejt ta’ Notre Dame salvaw wara n-nirien li ħakmu. In-nirien qerdu l-biċċa l-kbira tas-saqaf tal-Katidral. Madankollu minkejja li diversi ħasbu li n-naħal inqered…

Barranin

Fi Sri Lanka mill-inqas mitt ruħ inqatlu u mijiet oħra ndarbu kawża ta’ splużjonijiet f’għadd ta’ knejjes u lukandi. B’kollox mill-inqas jidher li seħħew sitt splużjonijiet, bi tlieta minnhom fi…

Barranin

Illum fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali fejn il-votanti għandhom għażla li jew itellgħu lill-kummidjant televiżiv Volodymyr Zelensky, jew lin-negozjant biljunarju u l-President preżenti Petro Poroshenko. L-iktar wieħed favorit mit-tnejn li…

Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Aktar