Barranin
The Simpsons bassru l-finali tat-Tazza tad-Dinja?

Tgħid 21 sena ilu s-sensiela The Simpsons bassru min se jkunu t-timijiet fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2018?

Hekk kif kulma jmur il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja qed tiħrax u daqt tasal għall-finali, diversi jibdew jipprovaw ibassru min se jkunu t-timijiet finalisti. Is-segwaċi tal-Portugall u l-Messiku jaf ikollhom l-opportunità li jgħixu l-ħolma tagħhom li jaslu flimkien għall-finali. The Simpsons donnhom diġà kellhom dix-xena tal-logħba f’moħħhom meta 21 sena ilu, fl-1997, ħarġu serje dwar logħba bejn il-Messiku u l-Portugall.

Segwaċi ta’ din is-sensiela qalu li The Simpsons qatt ma marret żmerċ f’dak li bassret u fejn taf forsi din id-darba jaf ikollha raġun ukoll. 18-il sena ilu The Simpsons bassret li Donald Trump se jkun President tal-Istati Uniti.

Tgħid The Simpsons se terġa’ tagħmilha? Nistennew u naraw….

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Franza omm li ħbiet lit-tarbija tagħha f’but ta’ karozza li kien mimli dud għal kważi sentejn intbagħtet ħames snin ħabs, tlieta minnhom sospiżi. Rosa-Maria Da Cruz żammet lil bintha, Séréna…

Barranin

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump wasal f’Kalifornja fejn beda jżur il-postijiet milquta mill-agħar nirien fl-istorja ta’ dan l-istat Amerikan. Trump iddeskriva x-xena li ra sa issa bħala waħda ta’ swied…

Kurżitajiet

F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jidher liebes żarbuna sewda u oħra kannella. Dan ġara matul konferenza tal-aħbarijiet f’Brussell waqt is-Summit Bilaterali UE…

Barranin

Instab is-sottomarin li sena ilu kien għeb b’44 membru tal-ekwipaġġ abbord. Is-sottomarin, ARA San Juan kien għeb 430 kilometru ‘l barra mill-kosta tal-Arġentina fil-15 ta’ Novembru. In-Navy kienet waqqfet il-missjoni…

Aktar