Barranin
The Simpsons daqshekk uża ilħna ta’ nies bojod għal karattri ta’ etniċitajiet oħra

Il-produtturi tal-kartun animat The Simpsons ħabbru li mhux se jibqgħu jużaw ilħna ta’ persuni bojod għal karattri ta’ persuni b’etniċitajiet oħra.

L-aħbar ingħatat kemm fl-isfond tal-kampanja Black Lives Matter, u anki wara li iktar kmieni din is-sena l-attur Hank Azaria ħabbar li mhux se jibqa’ jinterpreta l-karattru ta’ Apu; Indjan-Amerikan li spiss kien suġġett ta’ kontroversja minħabba li jintqal li joħloq sterjotip razzjali.

Hank Azaria

Azaria kien ilu jokkupa dan l-irwol sa mill-1990, u kien jagħmel ukoll vuċijiet ta’ karattri Afro-Amerikani u Messikani-Amerikani.

Fl-istqarrija tiegħu l-istazzjon Fox News, li jxandar The Simpsons, ma qalx jekk il-karattri ewlenin ta’ etniċitajiet differenti hux se jibqgħu jkunu parti mill-iskeda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar