Kultura
The Tempest b’laqta kontemoranja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton.

Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu joffru sfond mill-isbaħ għall-produzzjoni annwali tad-drammaturgu William Shakespeare, The Tempest’.

Id-direttur u attur Stephen Oliver li huwa r-rebbieħ ta’ għadd ta’ awards u ħadem bħala direttur u attur fir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Ewropa qal li l-interpretazzjoni li jagħti lil din il-produzzjoni u l-għażla tal-atturi tirrifletti temi kontemporanji li qed ikunu diskussi f’fora lokali u internazzjonali.

Il-bidla ewlenija hija fil-ġeneru: minflok Prospero, il-protagonista hija Prospera. Anki dawk li jgħixu fil-gżira The Tempest huma nisa, waqt li dawk li spiċċaw fuq il-gżira wara li n-nawfraġju tal-vapur huma rġiel.

Ma jonqsux il-battuti li tant huwa magħruf għalihom Shakespeare b’elementi komiċi, traġiċi u maġiċi li jsawwru l-istorja movimentata ambjentata fuq il-gżira ċkejkna.

“The Tempest is a fascinating play because it’s Shakespeare’s last play, and the general feeling is that the character of Prospera, or Prospero, as it is in the original, is probably how Shakespeare was feeling at the time. He wanted to stop writing and to go back to Stratford upon Avon, and live his final years, so The Tempest, it has that kind of extra fascination because it’s his very last play,” qal Stephen Oliver, Direttur u attur ta’ The Tempest.

L-attur Philip Leone Ganado qed jinterpreta l-irwol ta’ ħu Prospera, Antonio. Jiddeskrivi lil Shakespeare bħala drammaturgu brillanti, partikolarment fil-mod kif jibqa’ rilevanti għaż-żminijiet kontemporanji. “U fil-fatt il-mod kif jikteb Shakespeare, jgħinek ħafna bħala attur, meta taqbad u tkun taf il-linji, ix-xogħol ikun kważi lest, kemm tmur fuq il-palk u tirreċta.”

Il-produzzjoni annwali ta’ Shakespeare hija tradizzjoni stabbilita tal-kumpanija MADC, li għandha l-għeruq li jmorru lura għall-1938. L-aħħar interpretazzjoni ta’ The Tempest kienet saret fl-2003.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar