Lokali
The Travellers lura għas-sebgħinijiet

Wara s-suċċess tat-tnedija tal-album ‘Iljuni fis-Silġ’, The Travellers se jvaraw it-tielet kanzunetta mill-ewwel album tagħhom li ġġib l-isem ta’ ‘Tpenġijiet’.

Il-kanzunetta titratta kif tiltaqa’ ma’ nies ġodda, tibqa’ żgħir u tgħix ħajja ħielsa.  Bil-kitarra elettrika tiddomina l-kanzunetta ‘Tpenġijiet’, il-band qed turi li dejjem tinbidel u tevolvi.

Minbarra l-kanzunetta ġdida, The Travellers se joħorġu b’vidjo mużikali li jmur lura għas-sebgħinijiet, fejn grupp ta’ ħbieb jiltaqgħu biex jikkampjaw u jieħdu gost flimkien.

Dan ir-ritratt jagħti togħma ta’ dak li se nkunu qed nistennew mill-band The Travellers għas-sajf li ġej.  Iktar tagħrif tistgħu ssibuh fuq thetravellersmalta.com.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar