Qorti
Tħebb għar-raġel b’diżabilità biex tisirqu

Tfajla ta’ 25 sena minn Bormla baqgħet arrestata wara li ġiet akkużata li ħebbet bi vjolenza għal raġel b’diżabilità u serqitlu l-wallet bil-flus.

Il-każ seħħ fil-Belt fi Frar, imma l-pulizija rnexxielha taqbad lit-tfajla lbieraħ wara li kienet anke biddlet l-indirizz fejn toqgħod.

Kimberlyn Xuereb ġiet akkużata wkoll li kisret il-kundizzjonijiet ta’ erba sentenzi sospiżi ta’ ħabs.

Xuereb ċaħdet l-akkużi kontriha bil-Qorti tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.