Immigrazzjoni
Tħeġġeġ biex l-UE jkollha operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ għall-immigranti fil-Mediterran

Twissija mill-kap il-ġdid tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-drittijiet tal-bniedem Michelle Bachelet dwar l-abbużi li qed isiru madwar id-dinja b’mod speċjali fil-konfront tal-immigranti.  Hija ħeġġet lill-Unjoni Ewropea biex tniedi operazzjoni ddedikata apposta għat-tiftix u salvataġġ għall-immigranti fil-Baħar Mediterran.

Bachelet qalet dan meta kienet qed tindirizza għall-ewwel darba l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem li fetaħ illum f’Geneva (l-Isvizzera) u se jibqa’ għaddej għat-tliet ġimgħat li ġejjin.  L-ex President taċ-Ċili, li kienet priġuniera politika fil-passat, saret il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem iktar kmieni dan ix-xahar.

Hija pproponiet lill-UE biex tiżgura li l-immigranti jkollhom aċċess għall-ażil u ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tat tort lill-gvern Taljan b’mod partikolari għall-imġieba tiegħu bil-politika li ma jidħlux fl-Italja vapuri ta’ għaqdiet mhux governattivi b’immigranti salvati fil-Mediterran.  Qalet li din id-deċiżjoni għandha konsegwenzi devastanti għall-persuni vulnerabbli.

Meta kienet qed tindirizza l-Kunsill, Bachelet ħabbret li se jintbagħat tim ta’ investigaturi fl-Italja lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar biex jinvestiga ż-żieda fil-każi ta’ vjolenza u razziżmu kontra l-immigranti, persuni ta’ karnaġġjon skura u żingari.  Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern Matteo Salvini kien pront iwieġeb li l-Italja mhu se tieħu ebda lezzjoni mingħand ħadd, wisq inqas min-Nazzjonijiet Magħquda.

Il-Kummissarju Għoli ġdid tan-Nazzjonijiet Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem irrimarkat ukoll dwar każi oħrajn ta’ tħassib bħas-separazzjoni tal-familji immigranti mill-awtoritajiet Amerikani, l-attakki ta’ persekuzzjoni kontra l-minorità ta’ Rohingya f’Myanmar, kif ukoll fuq l-operazzjoni militari li ma qatgħet xejn fis-Sirja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Miljunarju Ġappuniż ta tifsira ġdida lil din l-espressjoni, għax it-triq li fetaħ twassal saħansitra sa fuq il-qamar. Yusaku Maezawa huwa l-bniedem li xtara l-biljetti…

Barranin

Iċ-Champion Ewropew tal-golf, Celia Barquín Arozamena, ġiet maqtula fl-Istati Uniti. Arozamena, Spanjola ta’ 22 sena, kienet qed tistudja f’Iowa State University, u keinet għadha kemm rebħet il-European Ladies’ Amateur championship…

Barranin

“Din hija bla dubju l-agħar ħaġa li qatt ġrat lill-familja tagħna.” Hekk qalet sidt ta’ razzett fl-Awstralja ma’ filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali, li juri ammonti kbar ta’ frawli…

Barranin

Fan Bingbing, attriċi Ċiniza li kisbet il-fama saħansitra anke fid-dinja ta’ Hollywood għebet mix-xena. L-ammiraturi ta’ Bingbing jinsabu inkwetati ferm bl-għibien tal-attriċi għaliex ilhom ma jisimgħu ħossha minn Lulju li…

Aktar