Barranin
Theresa May akkużat lir-Russja li moħħha biex tindaħal fl-elezzjonijiet ta’ pajjiżi oħra

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May akkużat lill-President tar-Russja Vladimir Putin li r-Russja moħħha li tbagħbas u tindaħal fl-elezzjonijiet ta’ pajjiżi oħra u tispjuna fuq pajjiżi oħra mill-internet.

Waqt ikla ta’ Lord Mayor f’Londra, May qalet li l-Gvern ta’ Vladimir Putin qed jipprova jimmina s-soċjetajiet liberi tal-Punent billi jinstiga l-kunflitti. Hija saħqet li minkejja li ma tridx inkwiet mar-Russja, ir-Renju Unit se jibqa’ jħares u jiddefendi l-interessi tiegħu.

Ir-rimarki u l-kummenti ta’ Theresa May jistonaw ma’ dawk tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, fejn il-ġimgħa l-oħra kien qal li jemmen lil Putin, meta qal li r-Russja ma ndaħlitx fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana, li saret is-sena l-oħra.

May qalet li għandha messaġġ sempliċi għal Putin, li r-Russja trid tabbanduna t-triq li qabdet, fosthom il-mod kif għaqqdet magħha b’forza lill-Krimea, kif instigat il-ġlied fl-Ukrajna u kif qed tattakka bl-internet lil diversi parlamentari fl-Ewropa.  Saħqet li r-Russja għandha l-potenzjal li tkun sieħeb tal-Ewropa. Madankollu sostniet li biex dan iseħħ, ir-Russja trid tobdi r-regoli.

Waqt li indirizzat b’mod dirett lir-Russja, Theresa May qalet li taf x’inhi tagħmel ir-Russja iżda mhux se jirnexxilha għax fi kliemha r-Russja ma tagħtix kas tad-determinazzjoni tad-demokrazija tas-soċjetajiet u tal-għaqda li hemm bejn il-pajjiżi tal-Punent. Żiedet tgħid li minkejja l-Brexit, ir-Renju Unit xorta se jibqa’ marbut man-Nato u se jisgura li l-ftehim ta’ Brexit se jsaħħaħ il-valuri tiegħu u l-ftehim ekonomiku bejnu u bejn l-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-provvista ta’ tiġieġ u birer mistennija tonqos bin-nuqqas tal-gass CO2. L-esperti qed iwissu li dan jaf ikollu effetti kbar fuq il-produzzjoni tal-ikel. L-ewwel twissija ħarġet mill-fabbriki tax-xorb iżda issa ħarġu…

Barranin

L-istazzjon Charing Cross, f’Londra, ġie evakwat wara li daħal rapport li hemm raġel b’bomba. L-evakwazzjoni saret bħala prekawzjoni fejn twaqqfu s-servizzi kollha. Il-Pulizija arrestat lir-raġel li qal li fuqu kellu…

Barranin

L-Unjoni Ewropea imponiet tariffi li jammontaw għal $3.2 biljun fuq prodotti Amerikani f’mossa ritaljatorja għall-miżuri li kienu imposti mill-amministrazzjoni mmexxija mill-President Amerikan Donald Trump fuq il-ħadid u l-aluminium li huma…

Barranin

L-Italja ddikjarat li se tieħu l-pussess ta’ żewġ bastimenti tas-salvataġġ fil-Mediterran li qed iġorru l-immigranti illegali. L-awtoritajiet Taljani qalu li se jieħdu l-kontroll ta’ żewġ vapuri Ġermaniżi li huma operati…

Aktar