Brexit
Theresa May bi pjan ġdid dwar il-Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ser tippreżenta l-pjan il-ġdid tagħha dwar il-Brexit fil-Parlament iktar tard.

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari se jkunu jistgħu jivvutaw fuq il-possibiltà li jsir referendum ieħor jekk jaċċettaw il-ftehim ta’ ħruġ li nnegozjat mal-Unjoni Ewropea.

Hi wissiet li jekk il-maġġoranza tad-deputati fil-House of Commons jerġgħu jivvutaw kontra l-ftehim għal Brexit, il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jista’ jieqaf għal kollox.

Il-Prim Ministru ser tagħmel stqarrija indirizzata lill-membri parlamentari dwar it-tibdil li għamlet fil-pjan.

Membri parlamentari Laburisti qalu li ftit huma l-bidliet li seħħew għaldaqstant mhux ser jappoġġjaw il-pjan il-ġdid.

Il-Membri Parlamentari ivvutaw diġà vvutaw tliet darbiet kontra l-ftehim negozjat bejn il-Prim Ministru May u l-Unjoni Ewropea, u attentati biex jinstab kompromess formali mal-Oppożizzjoni Laburista sfaxxaw fix-xejn.