Barranin
Theresa May b’reshuffle fil-kabinett tagħha

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May qed tagħmel reshuffle fil-membri tal-kabinett tagħha, li issa jinkludi għadd ta’ wċuh ġodda, minkejja li l-ministeri l-kbar ma ntmessux.

Justine Greening, li kienet Segretarju tal-Istat għall-edukazzjoni rriżenjat mill-gvern wara li ma aċċettatx l-impjieg bħala Segretarju għax-xogħol u l-pensjonijiet.

Hija rriżenjat inqas minn xahar wara li nediet l-istrateġija tal-gvern għall-mobilità soċjali.

Fi stqarrija ta’ riżenja hija qalet li se tkompli taħdem barra ‘l gvern biex tagħmel dak kollu li tista’ biex il-pajjiż għall-ewwel ikollu opportunitajiet ugwali għaż-żgħażagħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mat-tokki ta’ nofsinhar fl-Amerika sena ilu Donald Trump ġie maħtur President tal-Istati Uniti. Proprju sena ilu Donald Trump inħatar l-45 Presiden tal-Istati Uniti wara Barack Obama. Huwa rebaħ bl-għajta “Make…

Barranin

11-il persuna mietu u 46 indarbu wara li xarabank ħabat fiċ-ċentru tal-provinċja Eskisehir fit-Turkija. L-inċident seħħ waqt li x-xarabank kien qed isuq bil-lejl minn Ankara għal Uluday qrib Bursa. Jidher…

Barranin

Għalkemm hija ħaġa komuni li nieħdu xi puncture jew inkella jinżlilna t-tyre, din ix-xena mhix daqshekk komuni li narawha f’xi żjara Statali jew tal-Papa. Waqt li l-Papa Franġisku kien qed…

Barranin

Il-Gvern Amerikan beda x-shutdown federali wara li s-Senat ma għaddhiex il-Budget. Dan se jwassal biex il-ħaddiema fid-dipartimenti tal-Gvern joħorġu bil-leave. L-aħħar shudown tal-Gvern kien fl-2013 u dam 16-ġurnata. Madankollu din hija…

Aktar