Brexit
Theresa May b’taħditiet biex tippreżenta lill-Parlament pjani ġodda għal Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May illum tkompli bit-taħditiet tagħha biex tippreżenta quddiem il-Parlament Ingliż, pjani ġodda għal Brexit.

F’sessjoni oħra ta’ laqgħat ma’ Deputati Konservattivi u oħrajn tal-Partit Irlandiż id-DUP, May qed tipprova tikkonviċihom bl-aħħar proposti tagħha dwar il-fruntiera Irlandiża.

Iktar tard illum Theresa May mistennija tindirizza lill-House of Commons u tinforma lill-Parlament dwar il-pjani ġodda għall-Brexit, li mbagħad jiġu diskussi u jittieħed vot dwarhom bħal għada ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Barranin

Nusrat Jahan Rafi ngħatat in-nar fl-iskola fejn tattendi f’Bangladesh ġimgħatejn wara li għamlet rapport li ġiet ifastidjata sesswalment mill-kap tal-iskola tagħha. Il-mewt tat-tfajla qanqlet reazzjoni hekk kif ħareġ fid-deher il-vulnerabilità…

Saħħa

Il-pilloli li jittieħdu biex jitbaxxa l-kolesterol jista’ jkun li ma jaħdmux sew fuq nofs il-pazjenti li jieħduhom. Riċerka li saret fir-Renju Unit fost 165,000 pazjent turi li l-pilloli tat-tip statins…

Aktar