Barranin
Theresa May f’taħdidiet dwar Brexit f’Brussell

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit tipprepara ruħha għal laqgħa kruċjali ma’ Jean Claude Junker, Michel Barnier u Donald Tusk.

Aktar tard illum, Theresa May mistennija tiltaqa’ ma’ uffiċjali għolja fl-Unjoni Ewropea għal taħdidiet dwar il-Brexit li jistgħu jiddeterminaw jekk ir-Renju Unit jipproċedix biex jiddiskuti dwar il-kummerċ. Qed jiġi rrappurtat li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intlaħaq ftehim dwar id-drittijiet taċ-ċittadini iżda l-fruntiera tar-Renju Unit mal-Irlanda tibqa’ kwistjoni pendenti.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit ser tiltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Jean Claude Juncker fi Brussell.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miet l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Kofi Annan fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma umanitarja tiegħu. Il-Fondazzjoni li ġġib l-isem tiegħu, Fondazzjoni Kofi Annan, qalet…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara skopriet li kienet ilha tgħix 28 sena b’contact lens f’għajnejha. Il-mara, ta’ 42 sena, żviluppat infezzjoni f’għajnejha meta, it-tobba tal-għajnejn skoprew li l-infezzjoni kienet ġejja minn contact…

Aktar