Brexit
Theresa May se taffaċċja vot ta’ sfiduċja

F’dawn il-ħinijiet il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, qed tiffaċċja vot ta’ sfiduċja li għandu jiddetermina l-futur politiku tagħha fit-tmun tal-pajjiż u tal-Partit Konservattiv. Il-vot ta’ sfiduċja se jitressaq wara li 48 deputat parlamentari Konservattiv, ippreżentaw ittra biex jittieħed dan il-vot.

L-Erbgħa filgħodu Theresa May indirizzat konferenza tal-aħbarijiet barra 10 Downing Street li fiha qalet li se tikkontesta dan il-vot bil-forza kollha tagħha.

Theresa May qalet “so there will now be a vote of confidence in my leadership of the Conservative Party. I will contest that vote with everything I’ve got… A change of leadership in the Conservative Party now will put our country’s future at risk and create uncertainty when we can least afford it”.

May ilha Prim Ministru tar-Renju Unit minn wara li ttieħed il-vot fir-referendum dwar Brexit f’Ġunju tal-2016, u minn dak iż-żmien iffaċċat ostaklu wara l-ieħor fl-isforzi tagħha biex issarraf il-vot favur Brexit, u toħroġ lir-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea skont il-mandat elettorali tar-referendum. Il-vot illum fil-House of Commons, jiġi wara ġurnata impenjattiva lbieraħ fejn Theresa May kellha ġurnata ta’ laqghat ma’ mexxejja Ewropej u uffiċjali f’The Hague, Berlin u Brussell f’tentattiv biex issalva l-ftehim dwar Brexit. Theresa May insistiet li se taffronta dan il-vot bl-almu tagħha kollu.

Iktar tard fil-Parlament Ingliż, Theresa May qalet li hemm bżonn li l-Partit Konservattiv jingħaqad biex mhux biss iġib il-partit flimkien, imma wkoll jgħaqqad il-pajjiż.

Theresa May qalet “we need to ensure that we do not increase uncertainty and create more uncertainty. The public voted to leave the EU. They want us to secure a deal that delivers on that result and we shouldn’t risk handing control of the negotiations to opposition MPs in Parliament because that would mean risking delaying Brexit or even stopping Brexit.”

Kelliem għall-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, qal li Juncker sema’ t-tħassib ta’ Theresa May u qed jintensifika t-taħdidiet mal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea qabel is-summit li se jibda l-Ħamis.

Ara wkoll:

May tiltaqa’ mal-mexxejja tal-UE biex issalva l-ftehim ta’ Brexit

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Bosta jinsabu mħassba b’saħħet il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel hekk kif reġgħet intlemħet titriegħed waqt ċerimonja uffiċjali. Il-filmat jaqbad lill-Kanċillier titriegħed mingħajr kontroll minn rasha sa saqajha waqt id-diskors tal-President Frank-Walter Steinmeier….

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Barranin

Oscar Ramirez u bintu ta’ sentejn sabu jistennihom destin li qatt ma basru. Mietu mgħarrqa huma jippruvaw jaqsmu lejn l-Istati Uniti minn El Salvador. Il-kurrenti qawwija tax-xmara Rio Grande mal-fruntiera…

Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Aktar