Barranin
Theresa May taħt pressjoni tad-DUP

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tinsab taħt pressjoni biex tilħaq ftehim mad-Democratic Unionist Party (DUP) dwar il-futur tal-fruntiera Irlandiża meta r-Renju Unit iħalli l-blokk Ewropew.

Il-Prim Minsitru May kellha toħroġ minn ftehim ma’ Brussell li seta’ joħloq taħdidiet dwar il-kummerċ mal-Unjoni Ewropea, wara reżistenza qawwija mid-DUP. Il-partit qal li mhux ser jaċċetta ftehim li jpoġġi lill-Irlanda ta’ Fuq fi trattament differenti mill-kumplament tar-Renju Unit.

Il-Prim Ministru għandha tilħaq ftehim dwar kwistjonijiet qabel laqgħa mal-mexxejja Ewropej fl-14 ta’ Diċembru biex fost oħrajn jiġi diskuss ukoll il-kummerċ.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’ittra ppubblikata mill-White House, tħabbar li l-President Amerikan Donald Trump ħassar is-summit storiku tax-xahar id-dieħel mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un f’Singapore. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo qara l-ittra f’laqgħa…

Barranin

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-futur tas-summit bejn pajjiżha u l-Istati Uniti jiddependi totalment mill-Istati Uniti filwaqt li kkundannat intervista li ta l-viċi President Amerikan Mike…

Aktar