Barranin
Theresa May tgħid li l-ex spija Russu ġie vvelenat minn materjal militari

Il-Prim Ministru tar-Renju Unti Theresa May ilbieraħ qalet li l-ex spija Russu Sergei Skripal u bintu kienu vvelenati minn materjal militari, li huwa tat-tip żviluppat mir-Russja. May qalet li għalhekk huwa maħsub li r-Russja hija wara dan l-attakk irresponsabbli f’Salisbury. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin talab lill-Ambaxxatur Russu fl-Ingilterra biex jagħti spjegazzjoni.

Theresa May qalet li jekk l-Gvern Russu ma jagħtix reazzjoni kredibbli sa nhar it-Tlieta li ġej, il-Gvern Ingliż se jkun qed jikkonkludi li r-Russja wettqet forza illegali fl-Ingilterra.

Il-Prim Ministru Ingliża qalet li l-kimika użata fl-attakk hija tat-tip magħufa bħala Novichok żviluppata mir-Russi. May qalet li jew dan l-attakk seħħ b’ordni diretta mir-Russja kontra l-Ingilterra, jew inkella l-Gvern Russu tilef il-kontroll u l-użu ta’ din il-kimika qerrieda spiċċat f’idejn ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Eluf ta’ nies inġabru fil-monument preistoriku ta’ Stonehenge biex jiċċelebraw il-bidu tas-solistizju tas-sajf. Il-miġemgħa bdiet tgħajjat malli bdiet tiela’ x-xemx min-nofs il-ġebliet wieqfa li hemm fis-Sit Patrimonju Dinji fil-Lbiċ tal-Wiltshire…

Barranin, Kurżitajiet

Huwa fatt magħruf li l-pilloli li nieħdu għandhom effetti sekondarji fuq il-bniedem. Ħafna jaħsbu li l-effett huwa biss wieħed fiżiku bħal xi raxx jew uġigħ ta’ ras. Madankollu, studju li…

Barranin

Il-President Amerikan  Donald Trump irreveda d-deċiżjoni li tfal immigranti jinfirdu minn mal-ġenituri tagħhom fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Huwa ffirma ordni eżekuttiva biex iwaqqaf dan milli jkompli jseħħ u…

Barranin

L-utenti tal-Instagram se jkunu jistgħu jtellgħu filmati twal sa siegħa. Il-kumpanija ħabbret dan waqt attività f’San Francisco. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Instagram Kevin Systrom spjega li l-filmati se jkunu b’tali mod…

Aktar