Brexit
Theresa May tgħid li se tikkonsulta għal pożizzjoni komuni fuq Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Hija qalet li wara tilfet il-vot dwar Brexit, kellha t-taħdidiet mal-politiċi ewlenin fil-House of Commons. Hija appelat lill-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn biex jieħu sehem f’dan il-proċess.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħabbret il-pjan il-ġdid tagħha għal Brexit wara disfatta li sofriet fil-Parlament Ingliż meta l-pjan tagħha ma ġiex approvat.

Hija qalet li l-prijorità tagħha hija tirbaħ l-appoġġ tal-maġġoranza tal-House of Commons biex isaħħaħ idejha fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Minsitru May qal li stabilixxiet tliet punti biex twettaq ir-rieda tal-poplu.

“First we will be more flexible, open and inclusive in the future in how we engage parliament in our approach to negotiating, our future partnership with the EU, Second we will embed the strongest possible protections on workers rights and the environment, and third we will work to ensure how our commitment on no hard border between Ireland and Northern Ireland can be delivered in a way that commands the support of this house and the European Union”, qalet Theresa May.

Il-Prim Ministru May qalet li ma taqbilx li għandu jsir referendum ieħor għax fost oħrajn dan ikompli jaqsam lir-Renju Unit u ma temminx li hemm maġġoranza favur referendum fil-House of Commons.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn qal li sa issa għadu ma nbidel xejn min-naħa ta’ Prim Ministru. Huwa qal li l-Partit Laburista Ingliż m’huwiex kontra li jkun hemm referendum ieħor.

Jeremy Corbyn qal “no more phony talks, parliament will debate and decide and this time I hope and expect the government to listen to this house.Thank you Mr Speaker, can I tell the right honorable gentleman, he says, no more phony talks. It would be nice to have some talks with him on this issue”.

Aktar kmieni, Nigel Farrage li kien il-mexxej tal-UKIP waqt il-kampanja ta’ Brexit ħabbar li ser jagħti l-appoġġ tiegħu lil-partit tal-Brexit. Farage qal li jekk il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ma jseħħx fid 29 ta’ Marzu li ġej huwa lest biex jerġa’ jikkampanja għall-Brexit anki jekk ikun hemm referendum ieħor.

Nigel Farrage qal “if the worst comes to the worst and they force us into fighting a second referendum and let’s hope and party that it does not happen, it does not need to happen, we had the people’s vote already, but let us prepare, let us organise, and I urge all of you to help us in this great campaign, in fact the better organised they believe we are, the less likely they are to call that second referendum”.

Farrage qal li f’każ li d-data tal-ħruġ tiġi mċaqalqa u r-Renju Unit japparteċipa fl-elezzjonijet tal-Parlament Ewropej f’Mejju li ġej, huwa jerġa’ jikkontesta għal siġġu fil-Parlament Ewropew.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar