Brexit
Theresa May tkompli timbotta l-ftehim għal Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tkompli timbotta l-ftehim għal Brexit hekk kif għal diversi sigħat kien hemm ix-xnieha li minħabba l-ftehim Ministru ieħor fil-kabinett tagħha, Michael Gove kien qed jikkunsidra li jirriżenja mill-kariga.

Madankollu, matul il-ġurnata, Gove temm din l-ispekulazzjoni meta ddikjata li mhux se jirriżenja minn ministru iżda m’aċċettax li jkun Segretarju responsabbli mill-Brexit, bil-BBC jirrapporta li għamel dan minħabba li May ma tridux jerġa’ jinnegozja dan il-ftehim li fl-aħħar jiem qanqal aktar inċertezza fuq it-triq ‘il quddiem.

Il-Ministru Michael Gove qal “I’m also looking forward to continuing to work with all my government colleagues and all my colleagues in Parliament in order to make sure that we get the best future for Britain.”

Ir-rapporti dwar il-Ministru Michael Gove bdew iduru fil-media wara li Dominic Raab irriżenja mill-kariga minħabba dak li sejjaħ żbalji fatali fil-ftehim.

Min-naħa tagħha, Theresa May qed tisħaq li temmen li dan hu l-aħjar ftehim għal pajjiżha. Mark Francois, deputat ieħor fil-Gvern immexxi minn May, ukoll wissa’ li dan il-ftehim m’huwiex ta’ ġid għall-pajjiż u sostna li qatt m’hu se jsib l-appoġġ tal-membri parlamentari meta jitressaq il-vot.

Fl-aħħar sigħat, aktar minn 21 deputat mill-partit ta’ May ippreżentaw ittri ta’ sfiduċja fil-konfront tagħha bħala Prim Ministru. Qed ikun rappurtat li nhar it-Tlieta jaf tiffaċċja vot ta’ sfiduċja fi ħdan il-partit tagħha.

Intant, f’intervista fuq LBC, il-Prim Ministru tar-Renju Unit qalet li bl-istess mod li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jgħixu fir-Renju Unit se jibqa’ jkollhom id-drittijiet tagħhom imħarsa, tistenna li pajjiżi oħra fl-Unjoni jagħmlu l-istess maċ-ċittadini Brittaniċi.

Theresa May qalet “if there’s no deal I have said that EU citizens living here in the UK will continue to have their rights protected and I would expect other countries in the EU to do the same for UK citizens.”

May sostniet li l-ftehim għal Brexit mhuwiex dwar ir-relazzjoni tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea għall-ġejjieni, imma li pajjiżha jieħu kontroll tal-liġijiet tiegħu.

Theresa May qalet “this is not the deal of a future relationship with the European Union. The deal of the future relationship with the European Union means we take back control of our laws we end free movement, take back control of our borders, take back control of our money so we can spend it on priorities like the NHS, we’re out of the Customs Union, were out of the single market, we’re out of the Common Agricultural Policy, we’re out of the Common Fisheries Policy. That’s what I think people voted for. That’s what I’m delivering.”

Il-Prim Ministru May qalet li tinsab determinata li tara l-abbozz ta’ ftehim għall-Brexit jgħaddi u tenniet li se tibqa’ fil-kariga tmexxi l-Gvern.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dimostranti tas-sdieri sofor inġabru fix-Champs-Elysees f’Pariġi għal ħames tmiem il-ġimgħa ta’ protesti. Eluf ta’ pulizija jinsabu lesti f’każ li l-protesti jsiru vjolenti bħal dawk ta’ qabilhom. Il-moviment beda ħames ġimgħat…

Barranin

L-attriċi Eliza Dushku rċeviet $9.5 miljun bħala kumpens talli tkeċċiet minn serje televiżiva wara li lmentat minn fastidju sesswali. CBS laħqet ftehim barra l-Qorti ma’ Dushku, u ħallsitha s-somma sħiħa…

Barranin

“Mhux spiss li nitħallew bla kliem.” Hekk qalu Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku fir-Renju Unit, li tellgħu dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali. L-inċident seħħ ilbieraħ f’Linton, meta s-sewwieq ta’ din il-karozzja skiddja…

Barranin

Ir-raba’ vittma tal-isparaturi fis-suq tal-Milied fi Strasburgu ilbieraħ tilef il-ġlieda kontra l-mewt. Antonio Megalizzi, ġurnalist Taljan ta’ 29 sena, miet mill-ġrieħi li sofra f’rasu wara li Cherif Chekatt spara diversi…

Aktar