Politika
Therese Comodini Cachia mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-PN

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn it-talenti ta’ kulħadd hija mhux se tkun qed tikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-PN.

Qalet li l-proċess li nbeda biex ikun hemm bidla fil-PN għadu għaddej u temmen li kienet fuq quddiem nett ta’ dan il-proċess għax temmen li Malta jixirqilha Partit Nazzjonalista kredibbli, serju, sod u magħqud.

Qalet li se tibqa’ impenjata u se tagħmel ħilitha kollha sabiex il-PN ikun jista’ jsir gvern alternattiv. Dr Comodini Cachia qalet li tkellmet ma’ għadd ta’ nies fosthom ma’ kull persuna li kienet lesta tipparteċipa fl-elezzjoni. Qalet li l-proċess ta’ elezzjoni jrid jiġi ffaċċjat b’umiltà u b’kuraġġ. Qalet li bosta huma tal-fehma li l-aħjar mod huwa li jaffaċċjaw l-elezzjoni billi jingħaqdu wara persuna waħda.

Qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn it-talenti ta’ kulħadd hi mhux se tikkontesta għall-elezzjoni iżda se tibqa’ impenjata biex tara li l-PN ikun tim wieħed, magħqud, kredibbli u serju.

Ara wkoll:

Adrian Delia jesprimi l-interess li jkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Bernard Grech se jikkontesta għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

Mark Anthony Sammut mhux se jikkontesta għat-tmexxija tal-PN

Roberta Metsola tħabbar li mhux se tikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-PN

Aħbarijiet Oħra

Dokumentarju ta’ Television Malta tefa’ dawl ġdid fuq kif mijiet ta’ eks tarznari kienu esposti għall-asbetos u żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi fosthom kanċer tar-rita tal-pulmun. Ħaddiema rrakuntaw li min fittex lill-kumpaniji…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fit-tieni jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvotaw 32% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa bejn il-bieraħ u…

F’messaġġ rekordjat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pandemija tal-Covid-19 laqtet is-sistemi tas-saħħa, l-ekonomiji u s-soċjetajiet dinjija. Qal li hu għalhekk li l-pajjiżi l-iżjed milquta u…

Il-Gvern illejla ħabbar tisħiħ fil-miżuri ta’ kontinġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li meta jiġi identifikat każ pożittiv f’dar tal-anzjani, dak ir-resident se jintbagħat fl-isptar Pawlu Boffa…

Aktar