Stejjer Umani
Tħoss paċi kbira meta tmur iżżur lil Ġorġ l-Għannej tal-Mulej

Ġorġ Agius, magħruf bħala l-Għannej tal-Mulej, li ilu 3 xhur rikoverat f’St Vincent de Paule qal lill-programm Umani li jħossu kuntent għaliex xorta baqa’ jwassal il-kelma ta’ Alla ma’ sħabu l-anzjani.

Ġorġ, illum ta’ 92 sena mill-Birgu, jirrakkonta li meta kien żgħir kellu jieqaf mill-iskola biex jgħin lill-familja fqira tiegħu, u kien joħroġ bil-ħmara u l-karettun ma’ missieru, ibiegħu l-ħaxix.

Oħt Ġorġ, Ġuża li hija iżgħar minn ħuha, tirrakkonta li tiftakar lil ħuha jaħdem lix-xatt, u jbati fis-siment.  Neputija ta’ Ġorġ, Doris Sultana qalet li kull meta tkun ħdejn iz-ziju tagħha meta żżuru f’St Vincent de Paule, tħoss paċi kbira.

Ġorġ illum minkejja li m’għadux iżur il-morda kif għamel għal dawn l-aħħar sittin sena, xorta baqa’ jgħanni u jferrah lin-nies ta’ madwaru.

L-intervista li għamlet Maria Muscat lil Ġorg Aġius se tixxandar illum fil-programm Umani, fil-5pm fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Kap tal-Moviment Patrijotti Maltin Henry Battistino qal li wara li ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew se jirriżenja. Fuq Facebook huwa kiteb li l-Partit li jħobb kellu disfatta u għalhekk se…

Lokali

Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjetà Intellettwali nterċettaw container fil-Freeport li kien qed iġorr 26,688 qalziet tal-jeans ta’ ditta rinomata li però rriżultaw li kienu kontrafatti (foloz). Fi stqarrija maħruġa mid-Dwana ntqal…

Mużika

Il-grupp mużikali Meadow Strings ħareġ kanzunetta ġdida Alive. Meadow Strings huwa kompost minn Magdalene Farrugia u Mario Camileri. Fil-kanzunetta tagħhom, Alive huma japprezzaw is-sbuħija u l-importanza tal-ambjent. Miġbud qal is-siġar tal-Buskett…

Kronaka

Raġel ta’ 60 sena ndarab gravi wara li laqtitu l-karozza malli niżel minnha. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ…

Aktar