Ambjent
Tħossha fis-seba’ sema bil-falkunerija

Dorianne Borg hija waħda mill-ftit nisa bid-delizzju tal-falkunerija – prattika antika li tinvolvi l-kaċċa bil-falkun jew tajr tal-priża li jkunu ġew mgħallma minn sidhom.

Dorianne Borg ilha għal dawn l-aħħar seba’ snin tipprattika l-falkunerija. Qalet li b’dan id-delizzju meta timraħ fil-widien fejn iltaqgħet ma’ falkuniera oħra tħossha fis-seba’ sema.

Dorianne Borg qalet “kont nitla’ ħafna Ħad-Dingli u kont narahom itajru u dejjem kont ngħid xi darba jrid ikolli tajra sabiħa u ddeċidejt li jkolli l-Peregrine Falcon; xi ħaġa fast ħafna u ttik ħafna eċitament.”

Ma’ dan il-Falkun, li semmietu Perry, żviluppat relazzjoni b’saħħitha biex meta ttajru jerġa’ jiġi lura għandha. Qalet li tagħmel dan billi tqatta’ ħafna ħin miegħu fit-taħriġ.

Dorianne Borg qalet “kuljum tiżnu, tara li qiegħed fil-piż adattat. Meta jkun wasal għat-titjir tibda tnaqqaslu l-piż. Wara dan tibda tħarrġu. Aħna nħarrġuh bil-lenza. L-ewwel tibda tħarrġu ftit ftit bl-ikel tiegħu. Meta jasal fil-piż tiegħu ikun lest biex jittajjar.”

Għalkemm dan id-delizzju f’Malta jaf il-bidu tiegħu mil-lanqas fi żmien il-Kavallieri, illum saħansitra tintuża t-teknoloġija moderna kif spjegalna l-President tal-Fridericus Rex Malta Falconers Jean Carl-Grech.

Jean Carl Grech qal “it-transmitter jitqabbad mas-sieq, ma’ dahru jew ma’ denbu.”

Apparti minn hekk, qed tintuża sistema tal-GPS. Dan huwa iktar eżatt biex tkun taf fejn hu l-għasfur tiegħek meta jitbiegħed aktar milli suppost u jgħidlek ukoll l-ispeed li jkun għaddej bih.

Is-Sur Grech qal li f’Malta hawn madwar 40 falkuniera membri f’żewġ għaqdiet.

F’attività tal-klabb tal-Fridericus Rex Malta Falconers, bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Falkunerija u l-Konservazzjoni tat-Tajr tal-Priża, il-membri kellhom sessjonijiet ta’ tagħrif dwar it-tajr tal-priża waqt seminar fi Xrobb l-Għaġin.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Aktar