Barranin
Thunberg b’donazzjoni ta’ €100,000 biex tingħeleb l-inugwaljanza fit-tqassim tal-vaċċin

L-attivista Greta Thunberg tat donazzjoni ta’ €100,000 bil-għan li tingħeleb l-inugwaljanza fit-tqassim tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

It-tfajla Żvediża talbet lill-fondazzjoni li nħolqot f’isimha biex titrasferixxi flus lill-programm Covax, li qed jaħdem qatigħ biex jilħaq u jlaqqam lill-pajjiżi u persuni foqra.

Thunberg iddiskreviet l-inugwaljanza bħala traġedja u pjaga li hemm bżonn li tingħeleb. Qalet ukoll li f’pajjiżi żviluppati s’issa persuna minn kull 4 ħadet it-tilqima kontra l-Covid-19 mentri f’pajjiżi foqra 1 minn kull 500 biss ħa t-tilqima.