Politika
David Thake u Ivan Bartolo eletti fil-Parlament

David Thake u Ivan Bartolo ser ikunu ż-żewġ membri ġodda fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni wara li ġew eletti f’żewġ elezzjonijiet każwali biex jimtlew is-siġġijiet Parlamentari ta’ Simon Busuttil u ta’ Marthese Portelli li jirreżenjaw mill-Parlament. L-elezzjoni każwali fit-12-il distrett kienet l-iktar missielta meta s-Sur Thake u l-Perit Graziela Galea spiċċaw ras imb ras.

Żewġt uċuħ kompletament ġodda għall-Parlament Malti wara li għall-ewwal darba ġew eletti David Thake u Ivan Bartolo fl-elezzjonijiet każwali fit-tnax u fid-disa’ distrett rispettivament.

Fuq il-mejda tat-tnax-il distrett, fl-ewwel għadd – David Thake, l-eks Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar kellu vantaġġ ta’ 331 vot fuq l-eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Galea. Iżda fit-tieni għadd, l-elezzjoni ħadet żvolta interessanti u aktarx storika għax wara li nfetħu l-voti tat-tliet kandidati l-oħra, Sam Abela, Simone Aquilina, iż-żewġ kandidati kisbu 1,877 vot kull wieħed.

Is-siġġu ġie deċiż u mar għand David Thake wara li l-kummissjoni elettorali ngħata parir legali mill-Professur Ian Refalo skont il-liġi elettorali peress li l-Perit Galea kienet ġabet inqas voti minn David Thake fl-ewwel għadd tal-elezzjoni każwali.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, is-sur Thake, iddeskriva lill-Partit Nazzjonalista bħala tim wieħed bi skop wieħed li jikseb il-maġġoranza tal-poplu. Huwa qal li ser qed jaħdem favur il-ġid tal-pajjiż li skontu jinsab f’salib it-toroq.

“F’dak li għandu x’jaqsam mar-rule of law u l-governanza t-tajba u naħseb li l-irwol li kellu Simon Busuttil fil-Parlament ser ikun diffiċli biex xi ħadd jimla postu.”

Fuq il-mejda tad-disa’ distrett, mill-ewwel dehret li ser tkun taqtigħa bejn Ivan Bartolo u s-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, iżda għadd wara għadd, is-sur Bartolo baqa fuq quddiem. Is-sur Bartolo qal li ser juża s-siggu tieghu fil-Parlament biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun Gvern alternattiv.

“Ser nuża l-għodda biex l-istatus quo verament jiċċaqlaq u dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista s-saħħa kollha li għandu bżonn biex ikun gvern alternattiv.”

Fl-ewwel impenn tagħhom, iż-żewġ deputati ġodda ltaqgħu tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dr Delia qal li s-sur Bartolo u s-sur Thake se jġibu ideat friski fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Iż-żewġ deputati ser jieħdu l-ġurament tal-ħatra fis-seduta parlamentari t’għada l-Erbgħa. Huma ser ikunu qed jieħdu s-siġġijiet vakati minn Simon Busuttil u Marthese Portelli.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

Aktar