Annimali
Tibda l-ħidma fuq programm ta’ neutering tal-massa għall-qtates

It-talba għal programm nazzjonali ta’ neutering tal-massa għall-qtates u li jsir ukoll micro chipping obbligatorju/reġistrazzjoni ta’ klieb u ta’ qtates, kienu fost seba’ talbiet li ressaq il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali lill-Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

F’laqgħa li l-Ministeru kellu mal-membri l-ġodda tal-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali, issemmew ukoll it-talbiet biex jiġu mħarsa l-annimali fir-razzett u ż-żamma ta’ annimali slavaġ.

Il-Kunsill li għandu d-dmir li jagħti pariri lill-Ministeru dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Annimali talab ukoll it-tneħħija immedjata ta’ veleni perikolużi li qed jiġu abbużati u l-ħtieġa neċessarja għal ċentru ġdid ta’ rehoming.

Il-Ministru Refalo ddikjara li aktar kmieni din is-sena attivisti għall-ħarsien tal-annimali, li issa huma wkoll membri tal-Kunsill, ħarġu sejħa biex il-Ministeru jindirizza lista eżawrjenti ta’ 7 punti biex jgħinu fit-titjib tal-ħarsien u tad-drittijiet tal-annimali f’Malta. Qal li l-Ministeru diġà beda jaħdem fuq dawn il-proposti.

Żied li l-Ministeru ta widen għat-talbiet li saru mill-membri tal-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali u ħa azzjoni immedjata filwaqt li assigua lill-Kunsill li beħsiebu jżomm dan id-djalogu miftuħ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet komuni.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar