Lokali
Tibda l-inkjesta ordnata mill-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, permezz tal-avukati tiegħu talab lill-Kummissarju tal-Pulizija, biex jinforma lill-Maġistrat tal-Għassa biex iżomm inkjesta ingenere sabiex jiġu ppriservati l-provi kollha u jagħti direzzjoni lill-Avukat Ġenerali u lill-Kummissarju tal-Pulizija biex, jekk ikun il-każ, jieħdu l-passi kollha meħtieġa.

Kien għall-ħabta tal-10.50 ta’ filgħodu li l-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja deher dieħel f’Whitehall Mansions f’Ta’ Xbiex fejn hemm l-uffiċċji tal-Pilatus Bank. Fuq ġewwa kien hemm diġà l-Ispetturi Rennie Stivala u Annemarie Xuereb mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi. F’mument minnhom daħlet fil-bini Antoniella Gauci, impjegata ewlenija tal-Bank Pilatus. Il-Maġistrat Bugeja akkumpanjat mis-Supretendent tal-Pulizija Ian Abdilla mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi, tfaċċa barra u nstaq minn fuq il-post madwar siegħa wara li kien daħal.

Waqt li f’Ta’ Xbiex kienu għaddejjin dawn il-movimenti kollha, f’Kastilja l-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet u ta indikazzjoni ta’ x’inhuma t-termini ta’ referenza tal-inkjesta.

Fost l-oħrajn il-Maġistrat inkwirenti jrid jistabbilixxi jekk hemmx xi dokument awtentiku li juri li xi kumpanija jew kont mhux iddikjarat setgħu kienu tal-Prim Ministru, ta’ martu jew ta’ familtu. Fl-inkjesta jrid jiġi stabbilit jekk il-kumpanija, jew is-Sinjura Michelle Muscat jew xi membru tal-familja tiegħu, kellhomx kontijiet mhux iddikjarati fil-Pilatus Bank jew fi kwalunwke bank ieħor. Barraminnhekk l-inkjesta trid tistabbilixxi jekk qattx xi kumpanija, jew bank tagħha, jew il-Prim Ministru u martu, jew familtu, qattx irċevew flus minn xi ħadd fosthom minn persuni mill-Ażerbajġan, jew jekk qattx saru trasferimenti mill-Pilatus Bank lil dawn il-kumpaniji fi kwalunkwe post fid-dinja. Fl-aħħarnett fl-inkjesta jrid jiġi stabbilit jekk sarux trasferimenti ta’ flus mill-Pilatus Bank lis-sinjura Michelle Buttigieg – sieħba fin-negozju tas-Sinjura Michelle Muscat – kif ġie allegat.

Il-Prim Ministru u martu diġà ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet kollha.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilhom snin twal ikerrħu l-ambjent f’ċerti inħawi, iżda huma meħtieġa biex jitwassal servizz essenzjali: l-elettriku. Qed nirreferu għal arbli fil-kampanja b’cables imdendla magħhom. Li fihom tajjeb hu li jista’ jasal…

Lokali

Il-midja Taljana qed tkompli tirrapporta bi prominenza l-arrest ta’ Darren Debono ta’ 43 sena, li nqabad f’lukanda f’Lampedusa wara li kien imfittex b’rabta ma’ kuntrabandu tal-fjuwil mil-Libja. Debono, li kien…

Lokali

Jonathan Felice intbagħat disa’ snin ħabs wara li tilef l-appell b’rabta ma’ serqa bil-vjolenza li seħħet f’Ġunju 2006, meta huwa kien għad kellu 17-il sena. Dak iż-żmien anzjana ta’ 81…

Lokali

Il-Gvern ħabbar id-dettalji tar-rigal ta’ €1 miljun li se jkun offrut lil min jikxef informazzjoni konkreta li twassal biex ikun solvut il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-Gvern qal…

Aktar