Lokali
Tibda l-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia deher dieħel id-Dar Ċentrali għal-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Huwa kien milqugħ minn xi partitarji Nazzjonalisti. Mistoqsi minn TVM, Adrian Delia qal li mhux se jitlob riżenji.

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa kompla saħħu fil-ħsieb li jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-midja tal-Partit. Fl-ittra tar-riżenja sostna li l-ħidma tiegħu ma tistax iġġib aktar bidliet minħabba l-attakki kostanti u kordinati fuq il-Partit u fuq il-midja tiegħu,fosthom minn uħud mill-membri Parlamentari Nazzjonalisti.

 

Ilbieraħ wara l-laqgħa tal-Eżekuttiv il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li għamel diversi proposti għat-triq ‘il quddiem u dawn se jippreżentahom ukoll lill-Grupp Parlamentari. “Kostruttivi biex inkunu nistgħu ninvolvu kemm iż-żgħażagħ tagħna, Membri Parlamentari u anke s-soċjetà ċivili. Uħud diġà semmejthom fil-pubbliku bħall-konvenzjoni nazzjonali. 10 b’kollox. Mhux konklussivi. (Ilbieraħ) issemmew diversi ideat li għoġbuni wkoll, dawk li nistgħu niħduhom on board bħala pjan biex nimxu ‘l quddiem ukoll” qal Dr Delia.

Ara l-kummenti li ta Adrian Delia qabel il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari:

 

 

Ara wkoll:

Adrian Delia jikkritika lil min perreċ diskussjonijiet interni

“Il-ħidma tiegħi ma tistax iġġib aktar bidliet minħabba l-attakki fuq il-PN” – Pierre Portelli

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar