COVID-19
Tibda l-produzzjoni tal-vaċċin għall-Covid-19 minkejja li mhux magħruf hux effettiv

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa.

Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot qal li biex tlaħħaq mad-domanda għall-vaċċin jekk jirriżulta effettiv, trid tibda minn issa timmanifattura d-dożi.

Qal li għalhekk AstraZeneca bdiet timmanifattura l-vaċċin minn issa biex tkun lesta biex tiddistribwihom malli joħroġ ir-riżultat tal-provi kliniċi.

Stqarr li l-kumpanija qed tieħu riskju finanzjarju kbir b’deċiżjoni bħal din għax il-vaċċin jista’ ma jkunx effettiv. Qal f’dak il-każ, il-materjal kollu u l-vaċċin li jkun laħaq ġie mmanifatturat ikun għar-rimi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-qalba ta’ Bristol, l-Ingilterra, statwa ġdida ta’ dimostranta sewda ħadet post statwa ta’ Edward Colston li kien jinnegozja l-iskjavi fis-seklu 17, wara li tal-aħħar twaqqet minn domostranti kontra r-razziżmu x-xahar…

Edukazzjoni

Tul is-sena akkademika li għaddiet, l-Università ta’ Malta kellha madwar 1,500 student internazzjonali jsegwu xi kors. Bħall-istudenti kollha, din is-sena l-istudji tagħhom kienu affettwati mill-pandemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi madwar terz mill-istudenti…

Barranin

Il-President Franċiż Emmanuel Macron laqa’ lill-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez f’Pariġi jumejn qabel is-summit Ewropew li mistenni jitlaqqa’ għall-ewwel darba wara l-pandemija fi Brussell. Fuq nett tal-aġenda mistenni jkun hemm…

Aktar